6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/49


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2017 – DNV GL vs EUIPO (Sustainablel)

(Kawża T-644/17)

(2017/C 374/73)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: DNV GL AS (Høvik, in-Norveġja) (rappreżentant: J. Albers, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “Sustainablel” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 372 832

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO – 12 ta’ Lulju 2017 fil-Każ R 2/2017-2

Talbiet tar-Rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tirreġistra l-applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 15 372 832 “Sustainablel” għall-prodotti u s-servizzi kollha li għalihom saret l-applikazzjoni;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 7(1)(b), 7(1)(c) u 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009.