Kawża T-639/17: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2017 – Madrid Diario de la Noche et vs Il-Kummissjoni u SRB
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2017 – Madrid Diario de la Noche et vs Il-Kummissjoni u SRB
(Kawża T-639/17)
2017/C 412/49Lingwa tal-kawża: l-IspanjolPartijiet
Rikorrenti: Madrid Diario de la Noche, SA (Madrid, Spanja) u 24 rikorrent ieħor (rappreżentanti: B. Cremades Roman, F. Orts Castro, J. López Useros, S. Cajal Martín u P. Marrodán Lázaro, avukati)
Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
|
— |
tikkunsidra din it-talba u d-dokumenti mehmuża magħha bħala mressqa u, bl-istess mod, l-argumenti fihom; |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-SRB Nru SRB/EES/2017/08 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1246, it-tnejn li huma tas-7 ta’ Ġunju 2017 u, konsegwentement, tikkundanna lill-SRB u lill-Kummissjoni Ewropea sabiex iħallsu lura lir-rikorrenti l-investimenti tagħhom fil-Banco Popular jew, sussidjarjament, tikkundanna lill-SRB u lill-Kummissjoni jħallsu lir-rikorrenti għad-danni minħabba responsabbiltà mhux kuntrattwali; |
|
— |
tikkundanna lill-SRB u lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża; |
|
— |
tannulla l-evalwazzjoni magħmula mill-espert indipendenti tal-SRB u, wara li jsir kalkolu tal-valur nett tal-assi tal-Banco Popular, tikkundanna lill-SRB u lill-Kummissjoni Ewropea sabiex jikkumpensaw lir-rikorrenti skont it-termini espressi f’dan ir-rikors. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.