6.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 374/46 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Settembru 2017 – Taminco u Arysta LifeScience Great Britain vs EFSA
(Kawża T-621/17)
(2017/C 374/69)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Taminco BVBA (Gent, il-Belġju), Arysta LifeScience Great Britain Ltd (Edinburgh, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: C. Mereu u M. Grunchard, avukati)
Konvenuta: L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA)
Talbiet tar-Rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel tat-18 ta’ Lulju 2017, ikkomunikata lir-rikorrenti fl-20 ta’ Lulju 2017, fuq l-evalwazzjoni tat-talbiet ta’ kunfidenzjalità mressqa fir-rigward tal-applikazzjoni għat-tiġdid tal-proċess għall-approvazzjoni għal Thiram bħala sustanza attiva; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-assenza ta’ bażi legali għall-pubblikazzjoni.
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta aġixxiet b’mod ultra vires fil-klassifikazzjoni proposta ta’ Thiram billi l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi hija l-unika awtorità responsabbli legalment għall-klassifikazzjoni jew ir-riklassifikazzjoni ta’ sustanzi, kif stabbilit fir-Regolament 1272/2008, u l-konvenuta ma għandhiex is-setgħat f’dan ir-rigward. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta kisret id-drittijiet fundamentali tad-difiża billi naqqset milli tiggarantixxi lir-rikorrenti opportunità sħiħa, xierqa u effettiva biex jissottomettu kummenti fuq riklassifikazzjoni proposta tas-sustanza tagħha. |
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta kisret l-Artikolu 63 tar-Regolament 1107/2009 billi ddeċidiet li tippubblika l-informazzjoni li r-rikorrenti fittxew li tkun sanalizzata, li tista’ ddgħajjef l-interessi kummerċjali tagħhom. |