|
6.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 374/45 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2017 – All Star vs EUIPO – Carrefour Hypermarchés (Forma ta’ pett ta’ żarbun)
(Kawża T-611/17)
(2017/C 374/67)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: All Star CV (Beaverton, Oregon, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: R. Kunze, G. Würtenberger, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Carrefour Hypermarchés (Evry, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tridimensjonali tal-Unjoni (Forma ta’ pett ta’ żarbun) – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 7 497 373
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: il-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Ġunju 2017 fil-Każ R 952/2014-4
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikoli 62, 63 u 64 tar-Regolament Nru 207/2009; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009; |
|
— |
Ksur tal-Artikoli 75 u 78 tar-Regolament Nru 207/2009; |
|
— |
Ksur tal-Artikoli 63 u 75 tar-Regolament Nru 207/2009 u tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; |
|
— |
Ksur tal-Artikoli 52(1) u 7(1) tar-Regolament Nru 207/2009; |
|
— |
Ksur tal-Artikoli 52(2) u 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 77 tar-Regolament Nru 207/2009. |