23.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/27


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Settembru 2017 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-598/17)

(2017/C 357/36)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Italja (rappresentanti: G. Palmieri, aġent u P. Pucciariello, avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla, għall-parti li hija s-suġġett ta’ dan ir-rikors, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1144, tas-26 ta’ Ġunju 2017, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq li ġarrbu l-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (l-FAEG) u fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR) (notifikata bid-dokument C (2017) 4136) (ĠU 2017, L 165, p. 37);

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka, bħala motiv uniku, il-ksur tal-Artikolu 7(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999, tas-17 ta’ Mejju 1999, dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola (1) u tal-Artikolu 31 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, tal-21 ta’ Ġunju 2005, dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (2).

Fil-kuntest ta’ dan il-motiv, ir-rettifika finanzjarja operata mid-deċiżjoni kkontestata hija kkontestata minħabba n-nuqqas ta’ loġika marbuta mal-elementi eżaminati.

Barra minn hekk, il-kwantifikazzjoni ta’ dawn ir-rettifiki hija kkontestata, sa fejn jirriżulta li din hija konkretament sproporzjonata u manifestament illoġika, peress li hija b’mod ċar ikbar mid-dannu li jista’ jirriżulta mill-aġir imputat lill-awtoritajiet Taljani.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 25, p. 414.

(2)  ĠU 2005, L 209, p. 1.