23.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/26


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Settembru 2017 – Demp vs EUIPO (Rappreżentazzjoni tal-kulur griż u isfar)

(Kawża T-595/17)

(2017/C 357/35)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Demp BV (Vianen, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: C. Gehweiler, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark ta’ kulur (Rappreżentazzjoni tal-kulur griż u isfar) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 439 987

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Lulju 2017 fil-Każ R 1624/2016-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u tal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 207/2009.