16.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/47


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Awwissu 2017 – Wall Street Systems UK vs BĊE

(Kawża T-579/17)

(2017/C 347/62)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Wall Street Systems UK (Londra, Ir-Renju Unit) (rappreżentant: A. Csaki, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropewa (BĊE) dwar l-għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor fil-forma tad-deċiżjoni fuq appell tas-17 ta’ Awwissu 2017, kif ukoll kull deċiżjoni futura marbuta magħha;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka dawn il-motivi.

Ir-rikorrenti qiegħda tikkontesta d-deċiżjoni tal-konvenut dwar l-għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor, fil-forma tad-deċiżjoni fuq appell tas-17 ta’ Awwissu 2017, filwaqt li titlob l-annullament ta’ din id-deċiżjoni kif ukoll kull deċiżjoni futura assoċjata magħha (b’mod partikolari kwalunkwe għoti ta’ kuntratt). Id-deċiżjoni msemmija ingħatat bi ksur tad-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (UE) 2016/245 (1) u tad-dritt Ewropew applikabbli, b’mod partikolari bi ksur tal-prinċipji ta’ trasparenza, ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ ekonomija.


(1)  Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (UE) 2016/245, tad-9 ta’ Frar 2016, li tistabbilixxi r-regoli dwar l-akkwist (ĠU 2016, L 45, p. 15).