16.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 347/46 |
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Awwissu 2017 – thyssenkrupp Electrical Steel u thyssenkrupp Electrical Steel Ugo vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-577/17)
(2017/C 347/61)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: thyssenkrupp Electrical Steel GmbH (Gelsenkirchen, il-Ġermanja) u thyssenkrupp Electrical Steel Ugo (Isbergues, Franza) (rappreżentant: M. Günes, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla l-konklużjoni tal-Kummissjoni, fid-dokument Ares(2017)3010674 tal-15 ta’ Ġunju 2017, li l-interessi essenzjali tal-produtturi tal-Unjoni ma humiex ser jintlaqtu b’mod negattiv jekk jiġi awtorizzat ipproċessar attiv ta’ ċerti prodotti tal-azzar elettriku orjentat fuq fili; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.
1. |
L-ewwel motiv: ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.
|
2. |
It-tieni motiv: żball manifest fl-evalwazzjoni tal-fatti.
|
3. |
It-tielet motiv: ksur tal-Artikolu 211(4)(b) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1) u tar-Regolament bażiku (2).
|
4. |
Ir-raba’ motiv: ksur tal-Artikolu 259(4) tar-Regolament li jimplementa l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni u tar-regoli orizzontali dwar l-operat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni.
|
5. |
Il-ħames motiv: ksur tad-drittijiet tad-difiża.
|
(1) Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-9 ta’ Ottubru 2013, li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU 2013, L 269, p. 1).
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU 2009, L 343, p. 5).
(3) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447, tal-24 ta’ Novembru 2015, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU 2015, L 343, p. 558).