13.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 382/47 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Awwissu 2017 – Algebris (UK) et vs SRB
(Kawża T-575/17)
(2017/C 382/59)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Algebris (UK) Ltd (Londra, ir-Renju Unit), Anchorage Capital Group LLC (New York, New York, l-Istati Uniti), Ronit Capital LLP (Londra) (rappreżentanti: T. Soames u J. Vandenbussche, lawyers, R. East, Solicitor, u N. Chesaites, Barrister)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni SRB/EES/2017/08 tas-7 ta’ Ġunju 2017, adopting a resolution scheme in respect of banco Popular Español, S.A. (1) kollha kemm hija, jew, sussidjarjament, l-Artikolu 1 u/jew 6 ta’ dan; |
— |
tikkundanna lill-SRB għall-ispejjeż tar-rikorrenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegat ksur mill-SRB tal-prinċipji ta’ kunfidenzjalità u ta’ segretezza professjonali, kuntrarjament għall-Artikolu 339 TFUE u għall-Artikolu 88(1) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 u għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, u b’dan il-mod, dan naqas milli jirrispetta d-dritt tar-rikorrenti għal amministrazzjoni tajba stabbilit fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegati żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea fl-applikazzjoni tal-Artikoli 14, 18, 20, 21, 22 u 24 tar-Regolament Nru 806/2014.
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegata esproprjazzjoni mill-SRB tal-proprjetà tar-rikorrenti bi ksur tad-drittijiet fundamentali tagħhom kif protetti mill-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni u kif stabbiliti fl-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. |
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegat nuqqas tal-SRB li jiżgura, skont l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-dritt għal smigħ tar-rikorrenti matul il-proċedura. |
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegat nuqqas ta’ approvazzjoni skont il-liġi mill-Kummissjoni u li minħabba f’dan id-deċiżjoni kkontestata ma ġietx implementata legalment.
|
(1) Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1246, tas-7 ta’ Ġunju 2017, li tapprova l-iskema ta’ riżoluzzjoni għall-Banco Popular Español S.A. (notifikata bid-dokument C(2017) 4038) (ĠU 2017, L 178, p. 15).