6.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 374/40 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Awwissu 2017 – Inversiones Flandes et vs SRB
(Kawża T-573/17)
(2017/C 374/60)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Inversiones Flandes, SL (Madrid, Spanja), New Winds Group, SL (Madrid), Sarey Investments, SL (Madrid) (rappreżentant: R. Jiménez Velasco, avukat)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu lill-Qorti Ġenerali tannulla d-deċiżjoni adottata mill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, għal dak li jirrigwarda l-premessi u l-artikoli prinċipali indikati, u tadotta deċiżjoni oħra li tevidenzja, bi trasparenza sħiħa u ċertezza, is-sitwazzjoni patrimonjali reali, f’termini kummerċjali, ta’ Banco Popular, SA, u fuq il-bażi ta’ dan tieħu l-miżuri xierqa.
Kumulattivament, tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.