30.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/31


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Awwissu 2017 – UC vs Il-Parlament Ewropew

(Kawża T-572/17)

(2017/C 369/43)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: UC (rappreżentant: A. Tymen, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat

konsegwentement,

tannulla r-rapport ta’ żvilupp tal-karriera tar-rikorrent għall-2015, kif ukoll id-deċiżjoni li ma jingħatawlux żewġ punti ta’ mertu għall-istess sena;

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tad-9 ta’ Mejju 2017, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent tat-13 ta’ Jannar 2017;

tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas tad-danni, iffissati ex aequo et bono għal EUR 9 000, bħala kumpens għad-dannu morali tar-rikorrent;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat, minn naħa, fuq ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u tal-Artikolu 25 tar-Regolamenti tal-Persunal u, min-naħa l-oħra, fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrent.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għal smigħ xieraq u tal-Artikolu 41 tal-Karta.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.