16.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/44


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Awwissu 2017 – L-Shop-Team vs EUIPO (bags2GO)

(Kawża T-561/17)

(2017/C 347/58)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: L-Shop-Team GmbH (Dortmund, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Sautter, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “bags2GO” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 356 901

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Ġunju 2017 fil-Każ 1650/2016-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.