16.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/43


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Awwissu 2017 – Staropilsen vs EUIPO – Pivovary Staropramen (STAROPILSEN; STAROPLZEN)

(Kawża T-556/17)

(2017/C 347/56)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Staropilsen s. r. o. (Pilsen, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: A. Kodrasová, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pivovary Staropramen s. r. o. (Praga, ir-Repubblika Ċeka)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “STAROPILSEN; STAROPLZEN” – Trade mark tal-Unjoni Nru 9 034 893

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Ġunju 2017 fil-Każ R 236/2017-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 53(1)(a) u 81(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009;