|
30.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 369/29 |
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Awwissu 2017 – Imabe Ibérica vs SRB
(Kawża T-544/17)
(2017/C 369/40)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Imabe Ibérica, S.A. (Madrid, Spanja) (rappreżentant: C. Aguirre de Cárcer Moreno, avukat)
Konvenuta: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzjoni
Talbiet
|
— |
tilqa’ dan ir-rikors kontra d-deċiżjoni SRB/EES/2017/08 tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu tas-7 ta’ Ġunju 2017 li biha ġiet adottata l-iskema ta’ riżoluzzjoni rigward l-istituzzjoni Banco Popular Español S.A, skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Lulju 2014, li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010; u li tippermetti aċċess preliminari għad-dokumentazzjoni sħiħa tal-fajl u l-possibbiltà li tagħmel talbiet addizzjonali, li tannulla jew tirrevoka d-deċiżjoni kkontestata, li tagħti lura lir-rikorrenti b’mod sħiħ l-effettività tad-drittijiet patrimonjali tagħha, filwaqt li tirrispetta r-rekwiżiti ta’ kumpens sħiħ. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.