30.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/22


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2017 – Asociación de Consumidores de Navarra “Irache” vs SRB

(Kawża T-535/17)

(2017/C 369/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Asociación de Consumidores de Navarra “Irache” (Pamplona, Spanja) (rappreżentant: J. Sanjurjo San Martín, avukat)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata; tqis bħala mingħajr effett l-operazzjonijiet imwettqa u trodd lura l-proprjetà ta’ Banco Popular Español, S.A. lill-azzjonisti u lid-detenturi tal-bonds affettwati, fis-sitwazzjoni li kienu fiha qabel l-intervent tagħhom;

fil-każ li dan ma jkunx possibbli, fi kwalunkwe każ tqis bħala mingħajr effett il-konverżjoni tal-bonds f’azzjonijiet, u tħalli lid-detenturi tal-bonds fl-istess sitwazzjoni kif kienu fis-6 ta’ Ġunju 2017. Tikkumpensa lid-detenturi tal-azzjonijiet fil-ħlas tal-valur reali tal-bank u, għalhekk, tal-azzjonijiet, fid-data tat-30 ta’ Ġunju 2016.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.