2.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 330/18


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2017 – Next design+produktion vs EUIPO – Nanu-Nana Joachim Hoepp (nuuna)

(Kawża T-533/17)

(2017/C 330/23)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Next design+produktion GmbH (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Hirsch, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nanu-Nana Joachim Hoepp GmbH & Co. KG (Bremen, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tal-Unjoni figurattiva (Rappreżentazzjoni ta’ “nunna”) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 772 606

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Mejju 2017 fil-Każ R 1448/2016-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Mejju 2017;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 207/2009 u tal-prinċipju ta’ awtonomija;

Ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ legalità u ta’ amministrazzjoni tajba.