9.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/17


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2017 – OCU et vs SRB

(Kawża T-512/17)

(2017/C 338/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Organización de Consumidores y Usuarios (OCU) (Madrid, Spanja) u s 37-il rikorrent ieħor

Konvenut: Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiddikjara l-illegalità u l-inapplikabbiltà tal-Artikoli 18 u 29 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014;

tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż tal-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa ppreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, tas-7 ta’ Ġunju 2017, dwar l-adozzjoni tal-iskema ta’ riżoluzzjoni għall-Banco Popular Español, S.A.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.