16.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/37


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2017 – Estévez Puerto et vs Il-Kummissjoni u SRB

(Kawża T-504/17)

(2017/C 347/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: José Ramón Estévez Puerto (Jeréz de la Frontera, Spanja) u 14-il rikorrent ieħor (rappreżentanti: B. Gutiérrez de la Roza Pérez, P. Rubio Escobar, R. Ruíz de la Torre Esporrín u B. Fernández García, avukati)

Konvenuti: Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni SRB/EES/2017/08 tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu tas-7 ta’ Ġunju 2017 li biha ġiet adottata l-iskema ta’ riżoluzzjoni rigward l-istituzzjoni Banco Popular Español S.A.;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1246, tas-7 ta’ Ġunju 2017, li tapprova l-iskema ta’ riżoluzzjoni għall-Banco Popular Español S.A..

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.