16.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/36


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2017 – SFP Asset Management et vs SRB

(Kawża T-502/17)

(2017/C 347/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: SFP Asset Management, S.A. (Genève, l-Isvizzera), Twenty First Trade Inc. (il-Belt tal-Panama, il-Panama), Merlos Infor, S.L. (Badalona, Spanja) (rappreżentant: J. Gálvez Pascual, avukat)

Konvenuti: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

tikkonstata l-ksur tad-dritt tal-Unjoni Ewropea mill-SRB bl-adozzjoni tad-deċiżjoni SRB/EES/2017/08 li ġiet adottata fis-sessjoni eżekuttiva tas-7 ta’ Ġunju 2017 li biha ġiet adottata l-iskema ta’ riżoluzzjoni rigward l-istituzzjoni finanzjarja Banco Popular Español S.A.;

tannulla, konsegwentement, dan l-att, kif ukoll l-atti ta’ implementazzjoni sussegwenti li l-SRB ikun seta’ adotta, li kollha għandhom effetti ex tunc.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.