2.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 330/17


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2017 – Esfera Capital Agencia de Valores vs Il-Kummissjoni u BUR

(Kawża T-499/17)

(2017/C 330/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Esfera Capital Agencia de Valores, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: E. Pastor Palomar, F. Arroyo Romero u N. Subuh Falero, avukati)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni Nru SRB/EES/2017/08, tas-7 ta’ Ġunju 2017, indirizzata lill-Fondo de Reestructuración Ordenada Bancaria (fond ta’ ristrutturazzjoni ordnata tal-istituzzjonijiet bankarji) u li tapprova pjan ta’ ristrutturazzjoni fir-rigward tal-Banco Popular Español;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea 2017/1246, tas-7 ta’ Ġunju 2017, li tappoġġa l-pjan ta’ riżoluzzjoni tal-Banco Popular Español; u

b’mod konformi mal-Artikolu 340 TFUE, tiddikjara r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-BUR u tal-Kummissjoni Ewropea u tordna l-kumpens għad-dannu kkawżat lir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán el Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni u T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.

B’mod partikolari, ir-rikorrenti, f’dan il-każ, tilmenta dwar abbuż ta’ poter.