2.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 330/13


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2017 – Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u BUR

(Kawża T-482/17)

(2017/C 330/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Comercial Vascongada Recalde, S.A. (Madrid, Spanja) (rappreżentant: A. Rivas Rodríguez, avukat)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u Il--Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, tas-7 ta’ Ġunju 2017 (SRB/EES/2017/08), dwar l-adozzjoni ta’ skema ta’ riżoluzzjoni fir-rigward tal-entità Banco Popular Español S.A., u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1246, tas-7 ta’ Ġunju 2017, li tapprova l-iskema ta’ riżoluzzjoni tal-Banco Popular Español S.A.;

tikkundanna lill-konvenuti jikkumpensaw id-danni li jirriżultaw mit-telf fil-valur li sofrew l-azzjonijiet tal-Banco Popular Español S.A. miżmuma minn Comercial Vascongada Recalde, S.A., filwaqt li tieħu bħala riferiment għall-kumpens id-differenza bejn il-valur tal-azzjonijiet fis-6 ta’ Ġunju 2017, jiġifieri, EUR 133 385,04, flimkien mal-interessi eventwali.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 18(1)(a) u 18(4)(c) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Lulju 2014, li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (1), sa fejn il-Banco Popular ma kienx qiegħed “[i]falli” kif deskritt fihom.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 10(10), 10(11) u 21(2)(b) tar-Regolament Nru 806/2014, sa fejn kien hemm mezzi alternattivi għar-riżoluzzjoni tal-Banco Popular.


(1)  ĠU 2014 L 225, p. 1.