18.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/38


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2017 – The Scotch Whiskey Association vs EUIPO – José Estévez (JOHN COR)

(Kawża T-469/17)

(2017/C 309/50)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: The Scotch Whisky Association (Edinburgh, Ir-Renju Unit) (rappreżentanti: F. Rodríguez Domínguez u J. Gracia Albero, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: José Estévez, SA (Jerez de la Frontera, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “JOHN COR” – trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 10 965 937

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-31 ta’ Mejju 2017 fil-Każ R 1290/2016-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 64(1) u 76(1) tar-Regolament Nru 207/22009.

Ksur tal-Artikolu 52(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(g) u (j) tar-Regolament Nru 207/2009.