|
16.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 347/32 |
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2017 – TO vs AEE
(Kawża T-462/17)
(2017/C 347/41)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: TO (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)
Konvenuta: Aġenzija Ewropea għall-Ambjent
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (AEE), tat-22 ta’ Settembru 2016, li ttemm l-impjieg tar-rikorrenti bħala membru tal-persunal bil-kuntratt; |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-AEE, tal-20 ta’ April 2017, li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrenti fil-21 ta’ Diċembru 2016; |
|
— |
tikkundanna lill-AEE tħallas lir-rikorrenti kumpens ikkalkolat abbażi tat-telf ta’ erba’ snin ta’ salarju, bit-tnaqqis tal-allowances tal-qgħad li hija rċeviet matul dan il-perijodu; |
|
— |
tikkundanna lill-AEE tħallas lir-rikorrenti somma ta’ EUR 3 500,00 bħala kumpens għall-ispejjeż marbuta max-xoljiment antiċpiat tal-kuntratt ta’ kera tagħha f’Kopenħagen, bla ħsara għal żieda fejn rilevanti; |
|
— |
tannulla d-dikjarazzjoni tas-salarju tar-rikorrenti għax-xahar ta’ Settembru 2016, b’mod partikolari sa fejn din ma tinkludix is-salarju għat-22 ta’ Settembru 2016; |
|
— |
tikkundanna lill-AEE tħallas lir-rikorrenti kumpens ta’ EUR 50 000,00 bħala kumpens għad-dannu morali li jirriżulta mid-deċiżjoni ta’ tkeċċija tat-22 ta’ Settembru 2016; |
|
— |
tikkundanna lill-AEE tħallas lir-rikorrenti kumpens ta’ EUR 5 000,00 bħala kumpens għad-dannu morali li jirriżulta mill-ksur mill-AEE tal-Artikolu 26 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea; |
|
— |
tikkundanna lill-AEE tħallas lir-rikorrenti kumpens ta’ EUR 10 000,00 bħala kumpens għad-dannu morali li jirriżulta mill-pressjoni psikoloġika eżerċitata fuqha mill-AEE matul l-inkapaċità tagħha għax-xogħol; |
|
— |
b’mod sussidjarju, tikkundanna lill-AEE tħallas lir-rikorrenti xahar preavviż u kumpens ugwali għal terz tas-salarju bażiku tagħha fix-xahar ta’ perijodu ta’ prova mwettaq skont id-dispożizzjonijiet previsti fl-Artikolu 84 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg; |
|
— |
tikkundanna lill-AEE għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tmien motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-inapplikabbiltà tal-Artikolu 48(b) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg. |
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 48(b) u tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 16 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg. |
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq eċċezzjoni ta’ illegalità fuq il-bażi ta’ diskriminazzjoni fir-rigward tal-Artikolu 48(b) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 26 tar-Regolamenti tal-Persunal u fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża. |
|
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2000, dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 26, p. 102) u tal-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
|
6. |
Is-sitt motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 84 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tad-dmir ta’ premura. |
|
7. |
Is-seba’ motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni. |
|
8. |
It-tmien motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter. |