28.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 283/54


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Marzu 2017 – Grendene vs EUIPO – Hipanema (HIPANEMA)

(Kawża T-435/17)

(2017/C 283/83)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Grendene, SA (Sobral, il-Brażil) (rappreżentant: J. L. de Castro Hermida, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hipanema (Pariġi, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “HIPANEMA” li tindika l-Unjoni Ewropea –Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 154 586 li tindika l-Unjoni Ewropea

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Jannar 2017 fil-Każ R 629/2016-2

Talbiet

tiġi rrevokata d-deċiżjoni kkontestata, u tiġi ssostitwita b’oħra li biha tiġi ddikjarata affinità bejn il-prodotti mitluba bit-trade mark ikkontestata u dawk koperti bit-trade marks preċedenti li jopponuha, sa fejn ikun neċessarju sabiex jiġi rikonoxxut bejniethom xebh fis-sens tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea;

jekk jiġi ammess li jkun jeżisti l-imsemmi xebh, il-Qorti Ġenerali għandha tagħmel paragun verbali bejn is-sinjali konfliġġenti, li ma kien sar la fil-proċedura ta’ oppożizzjoni u lanqas fir-rikors amministrattiv, u tikkonkludi li hemm identiċità fl-aspett fonetiku u dak semantiku u xebh fl-aspett grafiku tal-istess, u tikkonstata l-impossibbiltà ta’ koeżistenza paċifika bejn it-trade marks konfliġġenti u, għaldaqstant, għandha tiċħad l-applikazzjoni għal protezzjoni fl-Unjoni Ewropea tat-trade mark internazzjonali Nru 1 154 586 “HIPANEMA”, fil-klassi 14. Inkella, jekk il-Qorti Ġenerali ma hijiex kompetenti sabiex tagħmel dan, tibgħat lura l-kwistjoni quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, bl-obbligu għal dan li jiġi ammess ix-xebh applikat bejn it-trade marks konfliġġenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.