21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/59


Rikors ippreżentat fil-5 Lulju 2017 – Item Industrietechnik vs EUIPO (EFUSE)

(Kawża T-427/17)

(2017/C 277/84)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Item Industrietechnik GmbH (Solingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Hasselblatt, V. Töbelmann u M. Vitt, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “EFUSE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 463 011

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ April 2017 fil-Każ R 1882/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.