21.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 277/59 |
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Lulju 2017 – Item Industrietechnik vs EUIPO (EFUSE)
(Kawża T-426/17)
(2017/C 277/83)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Item Industrietechnik GmbH (Solingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Hasselblatt, V. Töbelmann u M. Vitt, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-element verbali “EFUSE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 463 003
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ April 2017 fil-Każ R 1881/2016-4
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009. |