7.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 256/37


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ġunju 2017 – Louis Vuitton Malletier vs EUIPO – Fulia Trading (LV BET ZAKŁADY BUKMACHERSKIE)

(Kawża T-373/17)

(2017/C 256/41)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Louis Vuitton Malletier (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: P. Roncaglia, G. Lazzeretti, F. Rossi and N. Parrotta, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fulia Trading Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “LV BET ZAKŁADY BUKMACHERSKIE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 514 534

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Marzu 2017 fil-Każ R 1567/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u, għaldaqstant, tirrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark ikkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura.

tikkundanna lil Fulia għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 u tal-prinċipju ta’ ċertezza legali.