31.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/43


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2017 – NCL vs EUIPO (FEEL FREE)

(Kawża T-362/17)

(2017/C 249/58)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: NCL Corporation Ltd (Miami, Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: J. Bühling u D. Graetsch, Rechtsanwälte)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “FEEL FREE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 090 533

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Marzu 2017 fil-Każ R 2094/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.