31.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/41


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2017 – Genomic Health vs EUIPO (ONCOTYPE DX GENOMIC PROSTATE SCORE)

(Kawża T-354/17)

(2017/C 249/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Genomic Health, Inc. (Redwood City, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: A. Reid, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “ONCOTYPE DX GENOMIC PROSTATE SCORE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 214 257

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14/02/2017 fil-Każ R 1682/2016-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tar-rikorrenti u kkawżati minn dan l-appell.

Motivi invokati

Ksur tal-prinċipji ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament, amministrazzjoni tajba u ċertezza legali;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009.