|
24.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 239/60 |
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2017 – Shenzhen Jiayz Photo Industrial vs EUIPO – Seven (sevenoak)
(Kawża T-339/17)
(2017/C 239/72)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Shenzhen Jiayz Photo Industrial Ltd (Shenzhen, iċ-Ċina) (rappreżentant: M. de Arpe Tejero, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Seven SpA (Leini, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “SEVENOAK” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 521 125
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-23 ta’ Marzu 2017, fil-Każ R 1326/2016-1
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tilqa’ l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 13 521 125 “SEVENOAK” għall-prodotti kollha inklużi fl-applikazzjoni; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. |