|
24.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 239/51 |
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2017 – Buck-Chemie vs EUIPO – Henkel (Rappreżentazzjoni tal-mekkaniżmu tal-flaxx ta’ loki)
(Kawża T-296/17)
(2017/C 239/64)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Buck-Chemie GmbH (Herrenberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Schultze, J. Ossing, R. D. Härer, C. Weber, H. Ranzinger, C. Brockmann u C. Gehweiler, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Henkel AG & Co. KGaA (Düsseldorf, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant tad-disinn kontenzjuż: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Disinn kontenzjuż: disinn Komunitarju Nru 1663618-0003
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Marzu 2017 fil-Każ R 2113/2015-3
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u l-Bord tal-Appell. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikoli 62 u 63 tar-Regolament Nru 6/2002; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 25(1)(a) u (b) tar-Regolament Nru 6/2002; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 6/2002; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 6/2002; |
|
— |
Ksur tal-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament Nru 6/2002. |