17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/42


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2017 – Lion’s Head Global Partners vs EUIPO – Lion Capital (Lion’s Head)

(Kawża T-294/17)

(2017/C 231/52)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Lion’s Head Global Partners LLP (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: R. Nöske, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lion Capital LLP (Londra, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark verbali “Lion’s Head” li tindika l-Unjoni Ewropea Nru 997 073

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Frar 2017 fil-Każ R 1478/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad l-oppożizzjoni;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.