|
17.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 231/36 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2017 – Le Pen vs Il-Parlament
(Kawża T-284/17)
(2017/C 231/45)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Marion Le Pen (Saint-Cloud, Franza) (rappreżentant: M. Ceccaldi, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropea
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta’ Marzu 2017 fuq it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Marine Le Pen 2016/2295 (IMM); |
|
— |
tikkundanna lill-Parlament Ewropew li jħallas lil Marine Le Pen is-somma ta’ EUR 35 000 abbażi tal-kumpens għad-dannu morali subit; |
|
— |
tikkundanna lill-Parlament Ewropew li jħallas lil Marine Le Pen is-somma ta’ EUR 5 000 abbażi tar-rimbors tal-ispejjeż li jistgħu jinġabru; |
|
— |
tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha tal-istanzi. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 fuq il-privileġġji u immunitajiet tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“protokoll”). Dan il-motiv jinqasam f’erba’ partijiet.
|
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 9 tal-protokoll. Dan il-motiv jinqasam fi tliet partijiet.
|
|
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba. Dan il-motiv jinqasam f’żewġ partijiet.
|
|
4. |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża. |