24.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 239/49


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Mejju 2017 – SF vs Il-Parlament

(Kawża T-275/17)

(2017/C 239/62)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: SF (rappreżentanti: L. Levi u C. Bernard-Glanz, lawyers)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tat-30 ta’ Ġunju 2016, li tiċħad it-talba għal assistenza tar-rikorrent u, sa fejn huwa neċessarju, id-deċiżjoni li tiċħad l-ilment;

tikkundanna lill-konvenut sabiex iħallas lir-rikorrent l-ammont ta’ EUR 10 000, jew kwalunkwe ammont ieħor li l-Qorti Ġenerali tqis xieraq, bħala kumpens għad-dannu morali subit, flimkien mal-interessi b’rata legali sa’ ma jsir il-ħlas;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni

Ir-rikorrent isostni li l-konvenut wettaq żball meta ddikkjara li l-aġir inkwistjoni ma kienx abbużiv, u wettaq ukoll żball meta qies li dan l-aġir ma kienx ikkawża preġudizzju għall-personalità, id-dinjità jew l-integrità fiżika jew psikoloġika tar-rikorrent.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-obbligu ta’ assistenza

Ir-rikorrent jargumenta, b’mod partikolari, li l-konvenut ma ttrattax it-talba għal assistenza b’mod serju u rapidu, bħalma titlob il-ġurisprudenza applikabbli.