26.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 202/26


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Mejju 2017 – ExpressVPN vs EUIPO (EXPRESSVPN)

(Kawża T-265/17)

(2017/C 202/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ExpressVPN Ltd (Glen Vine, ir-Renju Unit) (rappreżentant: A. Muir Wood, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “EXPRESSVPN” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 265 562

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Frar 2017 fil-Każ R 1352/2016-5

Talbiet

tbiddel id-deċiżjoni kkontestata sabiex tippermetti r-reġistrazzjoni tat-trade mark fuq il-bażi li t-trademark la hija deskrittiva u lanqas nieqsa minn karattru distintiv u fuq il-bażi tal-provi tal-karattru distintiv miksub prodotti lill-eżaminatur u lill-Ħames Bord tal-Appell;

tiddeċiedi dwar l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fir-rigward ta’ din il-proċedura.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 7(1)(b)(c), 7(2) u 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009.