|
19.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 195/45 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ April 2017 –Der Grüne Punkt vs EUIPO – Halston Properties (Rappreżentazzjoni ta’ ċirku b’żewġ vleġeġ)
(Kawża T-253/17)
(2017/C 195/61)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Der Grüne Punkt – Duales System Deutschland GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Goldenbaum, I. Rohr u N. Ebbecke, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Halston Properties, s. r. o. GmbH (Bratislava, is-Slovakkja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “Rappreżentazzjoni ta’ ċirku b’żewġ vleġeġ” – Trade mark tal-Unjoni Nru 298 273
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Frar 2017 fil-Każ R 1357/2015-5
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż; |
|
— |
fil-każ li l-intervenjenti tipparteċipa fil-proċedimenti: tordna li l-intervenjenti tbati l-ispejjeż tagħha. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 207/2009. |