19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/45


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ April 2017 – Robert Bosch vs EUIPO (Simply. Connected.)

(Kawża T-252/17)

(2017/C 195/60)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Robert Bosch GmbH (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Völker u M. Pemsel, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “Simply. Connected.” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 814 032

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Marzu 2017 fil-Każ R 947/2016-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċedimenti tal-appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 64 tar-Regolament Nru 207/2009 ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.