26.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 202/25


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ April 2017 – Campine and Campine Recycling vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-240/17)

(2017/C 202/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Campine NV (Beerse, il-Belġju) u Campine Recycling NV (Beerse) (rappreżentanti: C. Verdonck, S. De Cock u Q. Silvestre, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitlobu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors tagħhom ammissibbli;

tannulla l-Artikolu 1 u 2 tad-Deċiżjoni tal-Unjoni Ewropea tat-8 ta’ Frar 2017 (C(2017) 900 finali) dwar proċedura skont l-Artikolu 102 TFUE (“id-deċiżjoni kkontestata”), sa fejn tistabilixxi li r-rikorrenti kisru l-Artikolu 101 TFUE;

sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn timponi multa fuq ir-rikorrenti ta’ EUR 8 158 000,00 u sabiex tnaqqas il-multa skont l-argumenti tar-rikors;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, huwa bbażat fuq il-fatt li numru ta’ motivi ta’ natura proċedurali li jinkludu l-obbligu li jingħataw raġunijiet fir-rigward tad-determinazzjoni tal-ammont tal-multa u b’mod partikolari il-ħtieġa ta’ aġġustament applikata abbażi tal-punt 37 of the Linji gwida tal-Kummissjoni għall-kalkolu tal-ammont tal-multi (1) u fir-rigward tal-perċentwali taż-żieda applikata. Ir-rikorrenti jsostnu wkoll li l-Kummissjoni kisret id-drittijiet ta’ drittijiet tad-difiża tagħhom, id-dritt għal smigħ tagħhom u l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba billi ma ddikjaratx l-intenzjoni għal żieda abbażi tal-punt 37 tal-Linji gwida tal-Kummissjoni għall-kalkolu tal-ammont tal-multi fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet jew fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet addizzjonali. Huma jallegaw ukoll ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, il-prinċipji ta’ ċertezza legali, trattament ugwali u proporzjonalità peress li l-Kummissjoni żiedet l-multa tar-rikorrenti b’10 % abbażi tal-punt 37 tal-Linji gwida tal-Kummissjoni għall-kalkolu tal-ammont tal-multi u applikat din iż-żieda uniformi għall-impriżi kollha li pparteċipaw fil-ksur allegat, mingħajr ma ħadet inkunsiderazzjoni l-fatt li r-rikorrenti pparteċipaw individwalment b’mod differenti ferm mill-parteċipazzjoni tal-impriżi l-oħra involuti.

2.

It-tieni motiv, huwa bbażat fuq il-fatt li din id-deċiżjoni kkontestata hija żbaljata peress li ma stabbilixxitx b’mod suffiċjenti fid-dritt li r-rikorrenti wettqu ksur tal-Artikolu 101 TFEU. Ir-rikorrenti jinvokaw kemm l-evalwazzjoni inkorretta tal-provi fid-deċiżjoni kkontestata kif ukoll in-nuqqas tal-provi li jsostnu d-deċiżjoni kkontestata li stabbiliet li r-rikorrenti kienu parti fil-ksur fl-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata.

3.

It-tielet motiv, sussidjarjament, huwa bbażat fuq il-fatt li jekk il-Qorti tal-Ġustizzja kellha tikkondlu li r-rikorrenti kien partijiet f’xi ftehim jew prattika li tikser l-Artikolu 101(1) TFEU, ksur tal-Artikolu 23(3) tar-Regolament Nru 1/2003 (2) u tal-Linji gwida tal-Kummissjoni għall-kalkolu tal-ammont tal-multi minħabba evalwazzjoni inkorretta tal-gravità u t-tul tal-ksur kif ukoll taċ-ċirkustanzi mitiganti u l-ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni fil-kalkolu tal-ammont bażiku tal-multa.

4.

Ir-raba’ motiv, sussidjarjament, huwa bbażat fuq il-fatt li sa fejn il-Qorti tal-Ġustizzja ma tannullax id-deċiżjoni kkontestata minħabba motivi ta’ natura proċedurali fl-ewwel motiv, li dan il-ksur proċedurali għandu minn tal-inqas jagħti lok għal annullament taż-żieda tal-multa imposta abbażi tal-punt 37 tal-Linji gwida tal-Kummissjoni għall-kalkolu tal-ammont tal-multi.


(1)  Linji gwida għall-kalkolu tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003 (ĠU 2006, C 210, p. 2).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2 p. 205).