19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/39


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ April 2017 – Gugler vs EUIPO – Gugler France (GUGLER)

(Kawża T-238/17)

(2017/C 195/53)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Alexander Gugler (Maxdorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: M.-C. Simon, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gugler France (Besançon, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-element verbali “GUGLER” – Trade mark tal-Unjoni Nru 3 324 902

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-31 ta’ Jannar 2017 fil-Każ R 1008/2016-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tirrigwarda l-kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Nru 3 324 902 u l-obbligu li jiġu sostnuti l-ispejjeż ta’ kanċellazzjoni tar-rikorrent li jammontaw għal EUR 550;

tikkundanna lill-EUIPO jbati l-ispejjeż tar-rikorrent fir-rigward ta’ dawn il-proċeduri.

Motivi invokati

Ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba;

Ksur tal-Artikoli 8(4) u 54(2) tar-Regolament Nru 207/2009.