6.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/31


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ April 2017 – M J Quinlan & Associates vs EUIPO – Intersnack Group (Forma ta’ kangaroo)

(Kawża T-219/17)

(2017/C 178/45)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: M J Quinlan & Associates Pty Ltd (Hope Island, Queensland, l-Awstralja) (rappreżentanti: M. Freiherr von Welser u A. Bender, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Intersnack Group GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea (Forma ta’ kangaroo) – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 13 342

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Jannar 2017 fil-Każ R 218/2016-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż;

torganizza seduta għas-smigħ tas-sottomissjonijiet orali, sabiex tiżgura b’mod sħiħ id-dritt għal smigħ xieraq tar-rikorrenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 51(1)(a), flimkien mal-Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 51(1)(a), flimkien mal-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 207/2009.