15.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/44


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2017 – CeramTec vs EUIPO – C5 Medical Werks (Lewn ta’ roża)

(Kawża T-195/17)

(2017/C 151/57)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: CeramTec (Plochingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Renck u E. Nicolás Gómez, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: C5 Medical Werks (Grand Junction, Colorado, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva ta’ kulur bir-roża – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 10 214 195

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-15 ta’ Frar 2017, fil-Każ R 930/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra f’dawn il-proċedimenti, jekk tintervjeni, għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 59 u 83 tar-Regolament Nru 207/2009.