6.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/27


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2017 – Boehringer Ingelheim International vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-191/17)

(2017/C 178/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Boehringer Ingelheim International GmbH (Ingelheim am Rhein, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Schoonderbeek, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2017)379 (final) tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Jannar 2017;

tiddikjara li l-effetti ta’ din d-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm tiġi adottata deċiżjoni ġdida mill-Kummissjoni;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tagħha stess u għal dawk tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Jannar 2017 tikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004, moqri flimkien mal-Artikolu 11 tad-Direttiva 2001/83/KE u mal-avviż lill-applikanti.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Jannar 2017 tmur kontra l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet u tal-linji gwida rilevanti u l-prassi regolatorja f’każijiet oħra u tikkostitwixxi għalhekk ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni u twassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni.