15.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/42


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2017 – Menta y Limón Decoración vs EUIPO – Muniċipalità ta’ Santa Cruz de La Palma (Rappreżentazzjoni ta’ raġel b’kostum reġjonali)

(Kawża T-183/17)

(2017/C 151/54)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Menta y Limón Decoración, SL (Argame, Spanja) (rappreżentant: E. Estella Garbayo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Muniċipalità ta’ Santa Cruz de La Palma (Santa Cruz de La Palma, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (Rappreżentazzjoni ta’ raġel b’kostum reġjonali – Trade mark tal-Unjoni Nru 10 822 013

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Jannar 2017 fil-Każ R 510/2015-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkonferma d-deċiżjoni tat-28 ta’ Jannar 2015 mogħtija fl-ewwel istanza mid-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-EUIPO, li tiċħad totalment l-applikazzjoni għat-Trade mark Komunitarja Nru 10 822 013 li saret mill-muniċipalità ta’ Santa Cruz de La Palma;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċedura odjerna kif ukoll għal dawk tal-proċedimenti tal-appell u ta’ dikjarazzjoni ta’ invalidità.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament Nru 207/2009.