24.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/35


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2017 – Marriott Worldwide vs EUIPO – Graf (Rappreżentazzjoni ta’ barri bil-ġwienaħ)

(Kawża T-151/17)

(2017/C 129/54)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Marriott Worldwide Corp. (Bethesda, Maryland, l-Istati Uniti) (rappreżentant: A. Reid, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Johann Graf (Gumpoldskirchen, l-Awstrija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (Rappreżentazzjoni ta’ barri bil-ġwienaħ – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 10 511 723

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-17 ta’ Jannar 2017, fil-Każ R 165/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 53(1)(a), moqri flimkien mal-Artikolu 8(1)(b), tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 53(2)(c) tar-Regolament Nru 207/2009.