24.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/29 |
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2017 – Cotecnica vs EUIPO – Mignini & Petrini (cotecnica MAXIMA)
(Kawża T-136/17)
(2017/C 129/43)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Cotecnica, SCCL (Bellpuig, Spanja) (irrappreżentata minn: J. Erdozain López, J. Galán López u J. Devaureix, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mignini & Petrini SpA (Petrignano di Assisi, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-elementi verbali “cotecnica MAXIMA” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 292 495
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Novembru 2016 fil-Każ R 853/2016-2
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. |