8.5.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 144/49 |
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2017 – Hércules Club de Fútbol vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-134/17)
(2017/C 144/68)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Hércules Club de Fútbol, SAD (Alicante, Spanja) (rappreżentanti: S. Rating u Y. Martínez Mata, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2017) 736 finali, tat-2 ta’ Frar 2017, fil-każ GESTDEM 2016/6034 sa 2016/6044. |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Din it-talba qegħda ssir kontra d-deċiżjoni ta’ konferma ta’ deċiżjoni li tirrifjuta aċċess għad-dokumenti mitluba minn Hércules CF, fir-rigward ta’ dokumentazzjoni speċifika fil-fajl tal-proċeduri li wasslu għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni C (2016) 4060 finali, tal-4 ta’ Lulju 2016, fil-każ dwar l-għajnuna mill-Istat SA.36387 (2013/C) (ex 2013/NN) (ex 2013/CP) mogħtija minn Spanja lil Valencia Club de Fútbol Sociedad Anónima Deportiva, lil Hércules Club de Fútbol Sociedad Anónima Deportiva u lil Elche Club de Fútbol Sociedad Anónima Deportiva.
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq in-natura żbaljata tal-konklużjoni li t-tielet u l-ewwel inċiżi tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331), jippermettu r-rifjut tal-aċċess għad-dokumenti mitluba.
|
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001.
|
3. |
It-tielet motiv, li huwa invokat sussidjarjament, ibbażat fuq li, anki jekk jiġi preżunt li r-raġunijiet ta’ kunfidenzjalità invokati mill-Kummissjoni huma fondati f’dan il-każ, hemm interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l-aċċess għad-dokumenti mitluba, li fil-konkret ifisser li jiġi żgurat l-eżerċizzju xieraq tad-drittijiet tad-difiża rrikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
4. |
Ir-raba’ motiv, li huwa invokat ukoll sussidjarjament, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001, fil-parti fejn, finalment, il-Kummissjoni hija obbligata li toffri għall-inqas aċċess parzjali għall-informazzjoni mitluba. |