|
10.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 112/43 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2017 – Erwin Müller vs EUIPO – Novus Tablet Technology Finland (NOVUS)
(Kawża T-89/17)
(2017/C 112/60)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Erwin Müller GmbH (Lingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Grüger, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Novus Tablet Technology Finland Oy (Turku, il-Finlandja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “NOVUS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 206 611
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Novembru 2016 fil-Każ R 2413/2015-4
Talbiet
|
— |
tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata u d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea tat-2 ta’ Ottubru 2015, Oppożizzjoni Nru B 2 456 336, sa fejn dawn jikkonċernaw il-Klassi 9 — “Bagalji għall-ġarr ta’ kompjuter portabbli; Pokits adattati għal telefons ċellulari; Periferali addattati għall-użu mal-kompjuters”; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. |