18.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 121/37 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Frar 2017 – Heineken Romania vs EUIPO – Lénárd (Csíki Sör)
(Kawża T-83/17)
(2017/C 121/55)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Heineken Romania SA (Bukarest, ir-Rumanija) (rappreżentant: A.-M. Baciu, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: András Lénárd (Sincraieni, ir-Rumanija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża: it-trade mark tal-Unjoni “Csíki Sör” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 105 839
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Novembru 2016 fil-Każ R 1310/2015-2
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-1 ta’ Lulju 2015 fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni B 002 279 514; |
— |
tilqa’ l-oppożizzjoni B 002 279 514; |
— |
tiċħad l-applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 012 105 839 “Csíki Sör” fl-intier tagħha. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. |