|
10.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 112/43 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2017 – Steiniger vs EUIPO – ista Deutschland (IST)
(Kawża T-80/17)
(2017/C 112/59)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Ingo Steiniger (Nümbrecht, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Schulze Horn, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: ista Deutschland GmbH (Essen, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “IST” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 673 812
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-1 ta’ Diċembru 2016, fil-Każ R 2242/2015-5
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-EUIPO tal-24 ta’ Settembru 2015; |
|
— |
tibdel id-deċiżjoni kkontestata fis-sens li l-oppożizzjoni hija miċħuda fl-intier tagħha; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċedimenti inklużi dawk esposti matul il-proċedimenti tal-appell. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 207/2009; |
|
— |
Ksur tar-Regola 20(6) tar-Regolament Nru 2868/95. |