3.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/60


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2017 – Jumbo Africa vs EUIPO – ProSiebenSat.1 Licensing (JUMBO)

(Kawża T-78/17)

(2017/C 104/84)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Jumbo Africa, SL (L’Hospitalet de Llobregat, Spanja) (rappreżentanti: M. Buganza González u E. Torner Lasalle, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: ProSiebenSat.1 Licensing GmbH (Unterföhring, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “JUMBO” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 10 492 131

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Ottubru 2016 fil-Każ R 227/2016-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nruo207/2009. Ir-rikorrenti ssostni, b’mod partikolari, li t-trade mark “JUMBO” ma hija suġġetta għal ebda waħda mill-projbizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu. Din it-trade mark ma hijiex deskrittiva tal-prodotti li hija tkopri.